L-istat Iżlamiku tilef l-aħħar parti tiegħu fit-territorju tas-Sirja | One News

Notifiki

L-istat Iżlamiku tilef l-aħħar parti tiegħu fit-territorju tas-Sirja

Il-Forzi Demokratiċi Sirjani appoġġjati mill-Istati Uniti qalu li l-grupp tal-Istat Iżlamiku tilef l-aħħar parti tiegħu fit-territorju tas-Sirja, u ġab fit-tmiem il-kalifat.

Kelliem għall-SDF iddikjara mija fil-mija telfa territorjali tal-Istat Iżlamiku.

Il-grupp ġiħadist darba kkontrolla 88,000 kilometru kwadwru ta’ art li tinfirex madwar is-Sirja u l-Iraq.

Minkejja t-telf tat-territorju, il-grupp għadu meqjus bħala theddida maġġuri tas-sigurtà li kapaċi twassal għal attakki fir-reġjun u madwar id-dinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend