Il-konsulent speċjali, Robert Mueller issotometta r-rapport tant mistenni fuq l-allegat indħil fil-kampanja tal-elfejn u sittax bejn ir-Russja u l-President Donald Trump.
Uffiċjal tad-dipartiment tal-ġustizzja qal li r-rapport ta’ Mueller ma rrakomandax akkużi oħra.
Ir-rapport li jtemm investigazzjoni ta’ sentejn jinkludi investigazzjoni dwar l-irwol ta’ uffiċjali, negozjanti u politiċi Russi.
L-avukat ġenerali, William Barr issa se jkun qed jiddeċiedi kemm mir-rapport se jiżvela u jaqsam mal-kungress.