Imniedi l-ktieb dwar ħajjet il-President Marie Louise Coleiro Preca | One News

Notifiki

Imniedi l-ktieb dwar ħajjet il-President Marie Louise Coleiro Preca

Tnieda l-ktieb ‘Riflessjonijiet tal-President Marie Louise Coleiro Preca’ li jħares mill-qrib lejn il-karriera tal-president fil-bosta karigi li okkupat. Dan hekk kif il-ktieb permezz tal-kitba ta’ Jesmond Saliba jwassal il-ħsibijiet u l-memorji mit-tfulija sal-presidenza ta’ Marie Louise Coleiro Preca.

L-awtur, Jesmond Saliba qal li wara bosta laqgħat mal-President innifisha rnexxielu jwassal l-ħidma tal-President minn aspett personali u li tirrifletti verament il-kisbiet li għamlet. Huwa stqarr li l-ktieb jirrifletti b’mod ċar il-mod ta’ kif it-tfulija u ż-żgħożija tagħha sawruha fil-President li kienet tul dawn l-aħħar 5 snin.

Gordon Pisani, minn ‘Kite Group’ li ppublikaw dan il-ktieb saħaq kif il-ktieb juri xogħol il-President b’mod ħolistiku filwaqt li juri l-hajja politika ta’ mara fi żminijiet li kiemu iżjed diffiċli.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll ġurnalisti u xandarha mistiedna li staqsew lil-Marie Louise Coleiro Preca dwar bosta aspetti tal-Presidenza tagħha.

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca se tkun qed tiltaqa’ mal-pubbliku wara t-tnedija u tiffirma kopji tal-kotba.

Għada l-Ħadd 24 ta’ Marzu ukoll se tkun qed tiltaqa’ man-nies fil-Banca Giuratale f’Għawdex fl-10.00.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend