Charlie jerġa’ jagħmilha fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta – One News

Charlie jerġa’ jagħmilha fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta

Waqt spezzjoni ta’ rutina mis-sezzjoni tal-klieb tad-Dwana u t-tim kontra l-ħasil ta’ flus, passiġġier li kien qed iġorr aktar minn €14,000 ġie arrestat. Il-flus kienu mqassmin f’ewro, dollari Amerikani, Lira Torka u Riyal tal-Arabja Sawdita.

L-uffiċjali tad-Dwana saru jafu b’dawn il-flus grazzi għar-reazzjoni ta’ Charlie, il-kelb tad-Dwana li jxammem, hekk kif il-passiġġier mill-Yemen kien se jirkeb titjira lejn Istanbul.

Wara li kien eskortat lejn l-uffiċċju tad-Dwana, u saret tfittxija fuq il-passiġġier u fl-affarijiet tiegħu, instabu b’kollox €14, 064.

Il-pulizija ta’ kontra l-ħasil ta’ flus kienet infurmata u l-passiġġier tpoġġa taħt arrest, hekk kif għaddejjin l-investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend