Mara li tkellmet ma’ One.com.mt appellat lill-anzjani li joqgħodu f’Santa Venera sabiex joqgħodu attenti minn żagħżugħ li qiegħed jitlob €60 lill-anzjani li jkunu mexjin fit-toroq ta’ Santa Venera.
Il-mara irrakontat magħna li is-sibt filgħodu, missierha li għandu 96 sena waqqfu dan iż-żagħżugħ u qalu li hu jiġi it-tifel tal-kuġin tiegħu.
Huwa talbu €60 bl-iskuża li waqfitlu l-karozza u m’għandux flus biex iħallas lil min jirmonka l-karozza.
Il-mara qalet li missierha li huwa vulnerabbli, ġenwinament ħaseb li vera kien jiġi minnu u tah l-flus.
Qalet, li wara li missierha tkellem magħha, skopriet li l-ġirien tagħha, kellhom esperjenza simili din il-ġimgħa meta wkoll iltaqgħu ma’ dan l-individwu u talabhom il-flus.