Turist ta’ 44 sena mill-Italja ndarab meta l-mutur li kien qed isuq kien involut f’ħabta ma’ karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.20pm, meta għal xi raġuni t-Taljan, li kien qed isuq mutur Kymco Agility City 125, ħabat ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 57 sena minn San Lawrenz f’Għawdex. B’konsegwenza ta’ dan it-Taljan waqa’ minn fuq il-mutur.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ ambulanza li ħadet lit-Taljan l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.