Libertà kkundizzjonata għal tlett snin għal Adolph Baldacchino- wara li l-Avukat Ġenerali appella mis-sentenza li ngħatat f’Marzu ta’ erba snin ilu. Baldacchino nstab ħati li aċċetta fork lifter misruq, li għamillu l-ħsara u li kien riċediv.L-avukat Ġenerali lmenta li l-piena ngħatat mill-Ewwel Qorti kienet inqas minn dik stipulata fil-liġi.
Baldacchino argumenta li ammetta mal-ewwel wara li kien hemm qbil li l-prosekuzzjoni ma timponix piena ta’ ħabs. Minkejja li l-Qorti ma setgħetx tirrikonoxxi dan il-ftehim, l-Imħallef innotat li l-imputat għamel ammissjoni bikrija u għalhekk naqqaslu s-sentenza.