Tliet snin probation għal Amber Anne Zammit ta’ 23 sena mill-Ħamrun wara li fil-Qorti ammettiet li serqet flus mill-basktijiet tal-istudenti fil-librerija tal-Universita.
Minkejja li s-serq seħħ waqt li kienet bil-liberta’ kkundizzjonata, l-Qorti qieset l-eta’ tal-imputata, l-ammissjoni bikrija, u r-rapport mill-uffiċjal tal-Probation.
Kien għalhekk li ngħatat probation flok sentenza ta’ ħabs – li fisser ċans ieħor għal din it-tfajla sabiex tirriforma ruħha.