L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi, l-MDA tenniet l-appoġġ tagħha għal link permanenti bejn Malta u Għawdex. Qalet li ilha ssostni dan minn April tal-2016.
L-MDA qalet li temmen li saru jew qed isiru l-istudji neċessarji u li hija normali li dawn jsiru fi proġetti ta’ din l-iskala. Qalet ukoll li tinsab sodisfatta li r-riżultati ta’ dawn l-istudji japprovaw dan il-proġett.
L-MDA qalet ukoll li ma taqbilx ma dawk l-entitajiet fosthom NGO’s li qed jinsistu sabiex isiru iżjed studji bit-tama li l-proġett tal-mina jiġi abbandunat.
L-MDA tenniet li dan il-proġett huwa l-uniku mod kif l-ekonomija Għawdxija tista’ tiġi ntegrata kompletament ma’ dik nazzjonali, u li jintemmu d-differenzi bejn il-livell ta’ għajxien taż-żewġ gżejjer.