Sitt xhur ħabs u multa ta’ €5,000 għal Loreto Portelli ta’ 42 sena wara li ammetta li kkawża ġrieħi ħfief fuq uffiċjal tal-komunita waqt il-qadi ta’ dmirijietu u li insulentah.
Il-każ seħħ l-Erbgħa li għadda fi Triq Għar Dalam f’Birżebbugia.
Minkejja li l-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal sentenza sospiza, l-Maġistrat Marseanne Farrugia ħasbitha mod ieħor u imponiet sentenza ta’ ħabs.