Raġel mis-Somalja ta’ 29 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn xi ġebel fl-impjant tar-Reverse Osmosis f’Pembroke.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.20am.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li Somalu weġġa’ serjament. Fuq il-post issejħet ambulanza flimkien ma’ tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Marseann Farruġia fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha dwar dan l-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.