Riċerkaturi Maltin irnexxielhom jiżviluppaw kalzetta b’għadd ta’ sensors li tista’ tgħin persuni li jbatu bil-kundizzjoni tad-dijabete milli jitilfu fuq parti mid-driegħ tagħhom.
Il-podjatra Stephen Mizzi qal li l-kalzetta tanalizza s-sieq waqt li persuna dijabetika tkun għaddejja bl-attivitajiet tagħha ta’ matul il-jum.
“Aħna qed naħdmu fuq sistema to monitor is-sieq ta’ persuna li għandha d-dijabete biex nipprevjenu problemi li ta’ kuljum niltaqaw magħhom fil-kliniċi tagħna. Din is-sistema tintlibes mill-pazjent u jekk ikun hemm problemi jew tkun qed toħloq problema f’saqajh li tinforma l-pazjent u jkun jista’ jieħu parir mediku mingħand l-ispeċjalisti.”
Dan il-proġett kien wieħed minn ħamsa li ġew ippremjati din is-sena fid-disa’ edizzjoni tal-Premju Proprjetà Intellettwali mtella’ mid-Dipartiment tal-Kummerċ.
Fit-tieni post ġiet il-kumpanijia ‘Laser Engineering and Development Limited’ immexxija minn Ozzy Lino. Din l-invenzjoni żviluppat printer ġdid li juża teknoloġija ġdida ta’ laser.
“Jagħmel iktar valur lit-3D printing kif nafuh it-3D printing huwa ħaġa li qeda magħna llum għal diversi użu fosthom industrija sa’ households. Jiġifieri jibbenefika kulħadd minnhom”
Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona qal li l-kreattività u l-innovazzjoni tal-imprendituri Maltin għandhom jiġu ppremjati. Qal li dawn il-premji jgħinu biex jinċentivaw aktar investiment fil-kreattività u l-innovazzjoni f’oqsma oħra tal-ekonomija.
Ħabbar li l-Gvern se jaġġorna l-liġi eżistenti tat-‘trademarks’ biex ikompli jipproteġi u jħeġġeġ l-innovazzjoni u l-kreattività.