Is-Sinjura Michelle Muscat żaret il-kampus tal-MCAST fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ ftehim ta’ Corporate Social Responsibility bejn il-Fondazzjoni Marigold u l-MCAST.
L-iffirmar seħħ fl-istitut tax-Xjenzi Applikati, fejn is-Sinjura Muscat kellha ċ-ċans iddur mal-istitut u tiltaqa’ mal-istudenti. Hija żaret ukoll il-Youth Hub fejn tkellmet ma’ staff tal-MCAST li qed iħejju għall-open day tal-kulleġġ.
Hija tkellmet ukoll ma’ rapreżentanti tal-Aġenzija Żgħażagħ u MOVE, li t-tnejn li huma għandhom preżenza fil-kampus tal-MCAST. Iż-żewġ għaqdiet huma mpenjati li jinvolvu żgħażagħ f’attivitajiet extra kurrikulari.
Is-Sinjura Muscat iddiskutiet ukoll kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Marigold u l-MCAST, hekk l-istudenti se jkollhom opportunita li jtejbu l-esperjenza edukattiva ma’ Marigold u li jtellgħu attivitajiet għall-benefiċċju taż-żewġ naħat.
Ritratti: Vince Piscopo