Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li seraq mid-dar ta’ koppja anzjana – One News

Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li seraq mid-dar ta’ koppja anzjana

Żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li ġie akkuzat fost oħrajn b’serq minn residenza ta’ koppja anzjana. Deelian Mifsud li jaħdem fil-kostruzzjoni, tressaq il-Qorti akkuzat li f’Awissu li għaddha seraq ġojjelli u oġġetti oħra minn dar ta’ anzjana ta’ 78 sena, f’Ħ’Attard. Dan bil-konsegwenza li poġġa l-ħajja tal-anzjana fil-periklu, minħabba li hija vulnerabli.

Huwa ġie akkuzat ukoll li fi Frar seraq mobile mingħand raġel fix-xelter soċjali ta’ Birkirkara u li kiser ordni ta’ probation li ingħatat lilu fl-elfejn u sbatax. Mal-pulizija, iż-żagħżugħ qal li hu m’għandux saqaf fuq rasu. Iżda fil-Qorti qal li huwa jgħix m’ommu, u ma spjegax għalxiex qatt ma kien id-dar meta l-pulizija marret biex tkellmu.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li l-koppja anzjana li sfaw vittma taż-żagħżugħ huma vulnerabbli minħabba l-età tagħhom, u minħabba li ż-żagħżugħ m’għandux saqaf fuq rasu.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech meta ikkunsidrat li ż-żżgħżugħ m’għandux indirizz u mhux affidabbli, caħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat ordni ta’ superviżjoni fil-konfront tal-akkużat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend