Sitta jinqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku fiċ-Ċina – One News

Notifiki

Sitta jinqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku fiċ-Ċina

Sitt persuni nqatlu fi splużjoni f’impjant kimiku f’Yancheng fil-Lvant taċ-Ċina.  Dan filwaqt li 30 persuna ndarbu fl-isplużjoni li seħħet għall-ħabta tat-3:00pm, ħin tal-post.

L-isplużjoni kienet ikkawżata minn nirien li ħakmu fabbrika li tagħmel il-fertilizzant. Intant, fl-istess ħin li seħħet l-isplużjoni, kienet irrapurtata theżżiża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend