Se jinbigħ xorb alkoħoliku maqbud mid-Dwana | One News

Notifiki

Se jinbigħ xorb alkoħoliku maqbud mid-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana mistenni jbigħ kwantità ta’ xorb alkoħoliku, birra, inbid, sigarri u tabakk tal-brim, maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Dawn il-prodotti se jinqasmu f’85 lottm bix-xorb alkoħoliku jkun jinkludi whisky, brandy, vodka, gin, rum, tequila, port, sherry, aperitives u liquers.

Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019, f’nofsinhar.

Min jixtieq jara l-lottijiet tal-oġġetti li sejitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 25 ta’ Marzu 2109 sa’ dakinhar tal-bejgħ.  L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.

Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newpoer Bonded Stores, il-Marsa, ‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata.

Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-12:30pm u t-3.30pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend