Raġel ikkundannat sena ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga – One News

Notifiki

Raġel ikkundannat sena ħabs wara li nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga

Mario Farrugia ta’ 38 sena minn Santa Venera nstab ħati ta’ pussess u traffikar tad-droga kokaina u eroina. Il-każ imur lura għal Marzu tal-2009, meta il-Pulizija kienu sabu droga u affarijiet relatati mad-droga fid-dar ta’ Farrugia.
Ir-raġel huwa ukoll riċediv.

Il-Maġistrat Neville Camilleri sab lil Farrugia ħati u kkundannah sena ħabs. L-akkużat kien ordnat ukoll iġallas multa ta’ €1,500.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend