Malti jitressaq il-Qorti wara li ttraffika mara barranija għall-prostituzzjoni – One News

Notifiki

Malti jitressaq il-Qorti wara li ttraffika mara barranija għall-prostituzzjoni

John Saliba ta’ 56 sena ingħata sentenza sospiża ta’ ħabs wara li ammetta li ttraffika mara barranija għal skopijiet ta’ prostituzzjoni f’pajjiżna. Il-każ imur lura għal Lulju tal-2013, u ma’ Saliba kienu akkużati żewġ persuni oħra.

Saliba u wieħed minn dawn il-persuni kienu akkużati wkoll li għexu mill-flus li daħlu mill-prostituzzjoni ta’ persuni barranin, filwaqt li kienu qed imexxu burdell f’Tas-Sliema bl-isem Blue Moon. Il-Maġistrat Josette Demicoli kkunsidrat li Saliba issa biddel ħajtu, hekk kif qed jaħdem, għandu familja u ma reġax għamel reati oħra.

Fid-dawl li meta Saliba għamel ir-reati il-pieni kienu inqas ħorox, il-Qorti għażlet li tapplika lilhom, u għalhekk ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u multa ta’ €465.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend