Malta tospita konferenza bil-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn edukazzjoni u xogħol | One News

Notifiki

Malta tospita konferenza bil-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni bejn edukazzjoni u xogħol

Qed issir ħidma biex  titnaqqas id-differenza bejn it-tagħlim fuq il-bank tal-iskola u d-dinja tax-xogħol. Fil-konferneza STEM High-level Event 2019, li qed issir f’pajjiżna, qed jiġu diskussi d-diffikultajiet tar-riżors uman li jsibu ċertu setturi.

F’Malta, is-settur tat-trasport, huwa fost l-aktar li qed jaffaċċja problemi ta’ nuqqas ta’ professjonisti. Il-konferenza li qed titratta s-suġġetti: tax-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika, u li fiha qed jieħdu sehem bosta ministri tal-edukazzjoni, kumpaniji privati, għalliema u ċentri tax-xjenza qed tindirizza l-problema komuni madwar l-istati membri tal-Unjoni Ewropea ta’ nuqqas ta’ ħaddiema bil-ħiliet tal-erba’ suġġetti.

Agueda Gras, il-Kap tad-dipartiment tax-xjenza fil-European Schoolnet, qalet li s-sistema edukattiva trid tgħallem is-suġġett f’kuntest lill hinn mill-bank tal-iskola. Trid turi kif jaħdmu l-kumpaniji u x’ħiliet jirrikjedu kemm għax-xogħol kif ukol għal titjib fil-ħajja.

Ir-riżorsi umani fis-settur tat-trasport huma limitati, tant li post tax-xogħol vakant ġieli jdum sena biex jimtela’. Transport Malta qed tindirizza din il-problema billi tħejji u tagħti pariri tekniċi lill-edukaturi dwar is-settur tat-trasport u l-ħiliet li jirrikjedi.

Il-Ministeru għat-Trasport Ian Borg qal li l-Ministeru li jmexxi hu u tal-Edukazzjoni qed jikkooperaw għal soluzzjoni effettiva. Il-Ministru Bartolo qal li apparti l-progress ekonomiku, l-erbgħa suġġetti jgħinu għall-iżvilupp sostenibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend