“Malta b’surplus spettakolari u progress ekonomiku sinjifikanti”- Direttur Ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea – One News

Notifiki

“Malta b’surplus spettakolari u progress ekonomiku sinjifikanti”- Direttur Ġenerali mill-Kummissjoni Ewropea

Bi tkabbir ekonomiku li qabeż is-6%, il-Kummissjoni Ewropea qed tħares b’mod pożittiv lejn Malta, u hija sodisfatta bl-attività ekonomika ta’ pajjiżna. Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi li Malta għandha tkabbir ekonomiku għoli meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra Ewropej, u tqabbel l-ekonomija ta’ Malta mal-ekonomija taċ-Ċina, li hija waħda mill-akbar ekonomiji fid-dinja.

Iddikjara dan id-Direttur tad-Direttorat tal-Ekonomija u Affarijiet Finanzjarji fil-Kummissjoni Ewropea, Benjamin Angel. Huwa kien pajjiżna biex jagħti preżentazzjoni dwar ir-rapport ta’ din is-sena dwar Malta. Id-Direttur tal-Kummissjoni Ewropea qal li l-Kummissjoni hija sodisfatta b’pajjizna, għax fi zmien qasir taħt din l-amministrazzjoni, pajjizna mhux biss naqqas l-iżbilanċ iżda rreġistra surplus spettakolari. 

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li biex pajjizna illum għandu ekonomija dinamika u b’saħħitha, it-triq ma kinitx faċli. Irrakonta kif fl-2013, talab il-Kummissjoni Ewropea biex tagħti ċans lil Malta, mingħajr ma tieħu miżuri kontra pajjizna, biex jitnaqqas id-defiċit. Il-Gvern irnexxielu jagħmel dan, mingħajr ebda piż fuq il-poplu.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet ukoll li Malta għamlet uzu eċċellenti mill-fondi Ewropej u hija fost l-aktar effiċjenti fl-Unjoni Ewropea fl-uħu tal-fondi Ewropej.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia spjega kif fil-mument qiegħed jinnegozja il-pakkett ta’ fondi għas-seba’ snin li ġejjin, u qegħdin fi stadju avvanzat ħafna, iżda issa bdiet diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea dwar kif dak il-pakkett ta’ fondi se jiġi investit skont il-viżjoni tal-Gvern u l-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea. Waqt li irrikonoxxa li hemm sinerġiji bejn iż-żewġ naħat, ra li hemm bżonn iktar diskussjonijiet li permezz tagħom ikun hemm qbil li l-fondi Ewropej f’Malta jiriflettu l-isfidi, l-aspirazzjonijiet u l-vulnerabilitajiet ta’ pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend