"L-Ewropa trid tkun lesta għal kull eventwalità, anke jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bla ftehim"- il-PM | One News

“L-Ewropa trid tkun lesta għal kull eventwalità, anke jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-UE bla ftehim”- il-PM

F’kummenti lill-midja ftit tal-ħin wara li tħabbar li l-Unjoni Ewropea mistennija taqbel li Brexit iseħħ fit-22 ta’ Mejju li ġej, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Unjoni Ewropea trid tkun preparata għal kull eventwalità, anke jekk l-eventwalità ċara hija li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim.

Il-Prim Ministru qal li min-naħa tal-pajjiżi membru tal-UE, qed jiddiskutu l-pożizzjoni ta’ kull pajjiż individwali f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim min-naħa tal-Parlament Ingliż. Ġimgħat ilu, il-Gvern Malti kien nieda pjan ta’ azzjoni biex jipproteġi lill-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit, u ċittadini Ingliżi li jgħixu Malta.

Huwa qal li jinsab iddiżappuntat bis-sitwazzjoni, iżda kienet realtà ċara.

Ara wkoll:

Brexit mistenni jkun pospost sat-22 ta’ Mejju li ġej

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend