Kandidati tal-PL għall-Kunsilli Lokali li għandhom diżabbiltà determinati li jgħinu l-lokalitajiet tagħhom – One News

Notifiki

Kandidati tal-PL għall-Kunsilli Lokali li għandhom diżabbiltà determinati li jgħinu l-lokalitajiet tagħhom

Id-diżabbiltà tista’ tpoġġi numru ta’ sfidi. Iżda d-determinazzjoni twassal biex dak li jkun xorta waħda jaħdem biex iwettaq il-ħolm tiegħu u saħansitra tal-komunità ta’ madwaru. Il-Partit Laburista għandu ħames kandidati b’diżabbiltà għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li ġejjin.

F’ikla mas-Sinjura Michelle Muscat u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr Randolph De Battista, il-ħames kandidai ddiskutew l-aspirazzjonijiet għal-lokalità tagħhom. Ma qagħdux lura milli jsemmu dak li jista’ jkun ta’ sfida fil-ħidma tagħhom, iżda daqstant ieħor dehru determinati li jirnexxu.  

Xi ħaġa li niżlet għasel għal Michelle Muscat li taħdem tant fis-settur tal-inklużjoni.

Clifford Portelli huwa kandidat fuq Raħal Ġdid, Gianluca Cutajar fuq iż-Żurrieq, Jonathan Pace qed jikkontesta għall-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa u Matthew Chetcuti u Matthew Giordimania huma kandidati fuq il-lokalità tar-Rabat.

Mas-sinjura Muscat fissru kif l-aspirazzjoni tagħhom li jaħdmu fil-lokalità tmur  lil hinn minn temi li għandhom x’jaqsmu mad-diżabbiltà jew l-aċċessibbiltà

Iktar attivitajiet kulturali u soċjali u infrastruttura aħjar huma fost it-temi li emfasizzaw.

Is-sinjura Muscat tkellmet dwar ir-riżultati li kisbu l-atleti Maltin fl-olimpijadi speċjali u qalet li dan hu sinjal ta’ kif persuna m’għandha taqta’ qalbha qatt.

Minn naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Dr De Battista, fisser kif dan hu eżempju ieħor ta’ inklużjoni fis-soċjetà, ispirata mill-Partit Laburista. Bħalma kienu ispirati bidliet oħra li l-Partit Laburista ġab mill-gvern f’dan is-settur.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend