“Inwettqu dak li ma riedx il-PN”- il-PL – One News

Notifiki

“Inwettqu dak li ma riedx il-PN”- il-PL

B’dak imħabbar illum, il-Gvern se jkun qed iwettaq bidliet li kwart ta’ seklu ta’ gvernijiet Nazzjonalista ma kinux kapaċi jwettqu. Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, li l-gvern se jkun qed jimplimenta, huma bidliet għal liġijiet li huma wirt gvernijiet Nazzjonalista.

L-istqarrija żiedet tispjega li meta kien fil-poter, il-Partit Nazzjonalista kien komdu jħalli kollox kif inhu. Li kien għall-Kap tal-Opppożizzjoni, il-Kummissjoni Venezja lanqas ġiet Malta għax meta sejħilha l-gvern preżenti Adrian Delia kien ħareġ jgħajjar il-gvern.

Dan il-gvern differenti. Hu gvern li diġa’ bidel ħafna u l-bidliet li  saru kienu mfaħħra mill-Kummissjoni Venezja u istituzzjonijiet internazzjonali oħra. Issa se nkomplu nimmodernizzaw is-sistemi demokratiċi ta’ pajjiżna.

Il-Partit Laburista temm jinnota li dan il-gvern, id-demokrazija jsaħħaħha bil-fatti u mhux iparla biss dwarha meta kien fl-Oppożizzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend