Il-PM fi Brussell għal summit dwar l-estensjoni ta’ Brexit – One News

Notifiki

Il-PM fi Brussell għal summit dwar l-estensjoni ta’ Brexit

Il-Mexxejja Ewropej mistennija jiddeċiedu jekk Brexit jiġix estiż sat-30 ta’ Ġunju li ġej. Dan waqt is-Summit tar-rebbiegħa tal-Unjoni Ewropea, li din is-sena se jiffoka fuq it-talba tal-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex id-data ta’ Brexit, li oriġinarjament kellha tkun id-29 ta’ Marzu, tkun posposta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun preżenti għal dan is-Summit, li ssejjaħ mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Aktar kmieni l-Gvern Malti iddikjara li jaqbel mal-estesjoni ta’ Brexit, diment li dan isir bi ftehim u pjan ċar. 

Il-President tal-Kunsill Ewropew qal sigħat biss qabel is-summit ta’ din is-sena li estensjoni qasira ta’ Brexit kapaċi tkun possibbli, bil-kundizzjoni li dan isir b’vot pożittiv minn Westminster. Il-Prim Ministru May mistennija titlob din l-estensjoni b’mod formali, minkejja li sigħat ilu qalet li ħin itwal ta’ stennija għal Brexit se jkun ta’ dannu għall-poplu Ingliż. Il-Mexxej Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, ukoll mistenni jasal Brussell il-Ħamis għal diskussjonijiet separati dwar Brexit.

Is-Summit tar-rebbiegħa mistenni jkompli l-Ġimgħa, fejn se jiddiskuti wkoll summit li se jsir fiż-żmien li ġej maċ-Ċina, u se jfakkar il-25 anniversarju taż-Żona Ekonomika Ewropea. Dan filwaqt li l-Mexxejja taw ħarsa wkoll lejn id-direzzjoni ġenerali li qed tittieħed biex l-Unjoni Ewropea timplimenta strateġina fit-tul dwar il-Ftehim ta’ Pariġi sas-sena 2020.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend