Festivals Malta tniedi l-programm ta' festivals differenti għas-sajf li ġej | One News

Notifiki

Festivals Malta tniedi l-programm ta’ festivals differenti għas-sajf li ġej

Festivals Malta nediet il-programm għall-istaġun sajfi, xahrejn ta’ kultura kontinwa b’ideat ġodda u inovattivi, esperjenza li se tinħass minn kulħadd.

Il-fesitval Għanafest, taħt id-direzzjoni tal-direttur artistiku, Tiziana Calleja, se jikontribwixxi għal qawmien mill-ġdid tal-wirt storiku Malti mżewwaq mal-kultura tal-lum. Ġnien l-Argotti se jkun qed jieħu xejra differenti b’programm għall-familja kollha.

F’kummenti lil ONE news, Annabella Stivala, id-Direttur ta’ Festivals Malta, tat aktar tagħrif dwar dan il-festival. Isegwu l-Għanafest hemm ġimagħtejn ta’ arti varjata waqt il-festival Malti internazzjonali għall-arti bit-tema tal-ilma. Il-festival tal-arti se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Ruben Zarha. Il-festival mhux se jkun fil-Belt Kapitali biss, imma se jinfirex f’diversi lokalitajiet.

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, qal li dawn il-festivals iżidu l-viżibbiltà tagħna fl-Ewropa u lil hinn minnha u jipprovdu pjattaforma ideali biex inkomplu nippromwovu aktar it-talent lokali. Qal li l-Gvern hu komess biex jagħmel dawn it-tip ta’ festivals aktar aċċessibli għall-membri tal-komunità minħabba li huma ċelebrazzjoni tal-identità tagħna bħala soċjetà.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend