F'anqas minn 100 jum, il-Gvern jibda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja | One News

Notifiki

F’anqas minn 100 jum, il-Gvern jibda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja

F’inqas minn mitt jum mindu ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja, it-Tnejn li ġejn il-Gvern se jressaq quddiem il-Parlament abbozz li se jifred il-funzjonijiet ċivili tal-Avukat Ġenerali minn dawk ta’ prosekuzzjoni li sal-lum it-tnejn jaqgħu f’ħoġru. Sal-btajjel tas-sajf, il-Parlament se jkun approva l-ħatra ta’ Prosekutur Ġenerali ġdid li issa se jassumi dan l-irwol li sa issa kellu l-Avukat Ġenerali.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-bini tal-mużew tal-arkeoloġija l-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonniċi spjega kif huwa għandu l-mandat tal-kabinett tal-Ministri biex jibda jimplimenta bdil f’liġijiet skont ir-rakomondazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja. Spjega li wħud minn dawn il-liġijiet, bħal dik tal-Avukat Ġenerali ilhom fis-seħħ għal għexieren ta’ snin.

Il-Ministru Bonnici saħaq li sa mill-ewwel jiem tiegħu, dan il-Gvern implimenta liġijiet li kienu ilhom snin twal fuq l-ixkaffa. Fakkar kif kien Gvern Laburista li daħħal il-liġi li neħħiet il-preskrizzjoini minn fuq il-politiċi u daħħal il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti.

Qal ukoll li se jkun qed jinbeda l-proċess leġislattiv ieħor sabiex isiru emendi f’ħames oqsma oħra li huma l-Ombudsman, is-Segretarji Permanenti, Pożizzjonijiet ta’ Fiduċja, Kummissjonijiet Indipendenti, u l-Pulizija

Il-Gvern se jqis ukoll bħala prioritá r-riforma tal-metodu dwar kif jinħatru u jitneħħew l-maġistrati u l-imħallfin skont kif kien suġġerit mill-Kummissjoni Venezja. Madankollu fakkar ukoll li dan il-proċess ilu jintuża għal snin twal minn diversi Gvernijiet u sabiex jinbidel se jkun hemm bżonn li jintlaħaq ftehim mal-Oppożizzjoni.

Il-Ministru Bonnici temm billi saħaq li l-Gvern se jkun motivat mill-bżonn ta’ bidla, ta’ titjib, sabiex tkompli tirrenja s-Saltna tad-dritt.

Ara wkoll:

Filmat: Konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend