ARA: Ir-riħ jonfoħ ir-ramel mill-bajja tal-Għadira fit-triq- sewwieq mħeġġa jevitaw iż-żona | One News

Notifiki

ARA: Ir-riħ jonfoħ ir-ramel mill-bajja tal-Għadira fit-triq- sewwieq mħeġġa jevitaw iż-żona

Il-qawwa tar-riħ tajjar ir-ramel mill-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa għal fuq ir-riħ, bil-kawża li s-sewwieqa sabu diffikultà kbira biex jgħaddu mit-triq bieżla ta’ biswit il-bajja.

Għalkemm illum huwa l-ewwel jum tar-Rebbiegħa, riħ qawwi mill-Grieg il-Lvant se jippersisti fuq il-Gżejjer Maltin.

Il-filmat li qed ixandar one.com.mt fil-fatt juri l-istat li tinsab fiha t-triq kawża tar-riħ qawwi, li tidher miksija ramel b’diversi karozzi wieqfa.

L-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ Malta qed ibassar maltempata bir-ragħad tul il-jum tal-Ħamis, il-maltemp se tkompli jippersisti sa tmiem il-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend