Fil-konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-pitkalija, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li Gvern Nazzjonalista ma onorax il-kuntratti li għamel mar-raħħala tal-baqar li jmorru lura għall-2006 minħabba dawk li sejjaħ problemi tekniċi.
Vassallo qal li “Kien hemm sitwazzjonijiet tekniċi li ma setax jagħmel aħjar dakinhar. L-għażliet saru, u l-għażliet saru. Jistgħu jiġu kkritikati. Pero l-għażliet saru u ttieħdu kif ittieħdu f’dak iż-żmien. Illum ovjament kulħadd jista’ jgħid stajt għamilt differenti.”
B’reazzjoni għal kritika tal-Partit Nazzjonalista, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja qal li l-Gvern hu impenjat li jkompli jwettaq titjib fil-qagħda tal-bdiewa u r-raħħala f’pajjiżna permezz ta’ ħidma f’aspetti differenti marbuta mas-settur.
L-istqarrija temmet tgħid li għal darb’oħra l-Oppozizzjoni qiegħda turi li mhix kredibbli meta tikkritika lill-Gvern fis-settur Agrikolu meta kienu Gvernijiet Nazzjonalisti li abbandunawh u għal diversi drabi żgwidaw lir-raħħala u l-bdiewa.
Edwin Vassallo jgħid li r-raħħala tal-baqar ma ġewx