Tifla 11-il sena qed issofri minn ġrieħi ħfief wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq il-Qaliet f’Marsaskala.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:00 meta Mercedes Benz misjuqa minn mara ta’ 32 sena minn Marsaskala għal xi raġuni laqtet lit-tifla b’sorsi fuq il-post stqarrew ma’ ONE Newws li t-tifla ntlaqtet wara li qasmet għallarieda.
Fuq il-post marret ambulanza fejn ħadet lit-tifla l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.