Il-kandidat Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius ma kkundannax l-aġir tal-kollega tiegħu David Casa, li fil-Qorti talab biex tiġi żvelata l-identitÀ ta’ sors ta’ storja ġurnalistika fil-konfront tiegħu. Aġir li twaqqaf mill-Qorti.
Agius qal “Ma nikkundannax kollegi tiegħi anzi aħna għandna solidarjetà bejn il-kollegi kandidati.”
Fil-Qorti f’każ ta’ libell li fetħitlu l-Ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi, Jason Azzopardi – li qed jidher għal Casa – staqsa li jiġi żvelat is-sors ta’ storja ta’ Saviour Balzan, li allegat li Casa kien jagħmel użu eċċessiv mid-droga kokaina.
Għemil li ġabet ukoll il-kundanna tal-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin, li sejjaħlu inaċċettabbli.
Iżda Agius, wieġeb hekk meta mistoqsi għal darb’oħra jekk hux qed jappoġġja għemil Casa.
“Aħna l-kandidati kollha qed naħdmu id f’id. Kollha qed inwasslu l-vuċi tal-Partit Nazzjonalista.”