Karozza nħakmet minn nirien waqt li kienet qed tinstaq f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:10 fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ meta vettura tat-tip Peugeot 407 nħakmet minn nirien.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn fi ftit ħin ikkontrollaw in-nirien.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan il-każ.