Fl-2018, aktar minn 660 każ ġie mwaqqaf mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali minħaba allegati abbużi.
Dan ġie żvelat mill-Ministru Michael Falzon fil-Parlament fejn semma kif ir-raġunijiet għat-twaqqif ta’ dawn il-benefiċċji kienu varji fosthom persuni li qegħdin jaħdmu jew jgħixu ma’ ħaddieħor kif ukoll li qagħdu lura minn ċertu mezzi sabiex ikunu jistgħu jibqgħu igawdu mill-benefiċċji soċjali.
Fil-Parlament, il-Ministru semma kif mit-total kollu kien hemm mija u tlettin każ li kienu nvestigati mill-Ispetturi tad-Direttorat għall-Osservanza ta’ Benefiċċji fejn wara ġie deċiż dwar jekk il-benefiċċju għandux jibqa’ jingħata jew le- iżda f’dawn il-każijiet, id-Dipartiment laqa’ r-rakomandazzjonijiet tad-Direttorat biex dan jitwaqqaf.