Il-belt Franċiża Pariġi kklassifikat fl-ewwel post tal-bliet l-iktar għoljin, flimkien ma’ Hong Kong u Singapor.
Din hija l-ewwel darba li tliet ibliet qasmu l-ewwel post fi tletin sena, minn kemm ilu jsir l-istħarriġ tal-Economist Intelligence Unit.
Stħarriġ li jqabbel il-prezzijiet f’mija tlieta u tletin belt madwar id-dinja.
Il-kapitali Franċiża, li kklassifikat fit-tieni post is-sena l-oħra, hija waħda minn erba bliet Ewropej li jinsabu mal-ewwel għaxra.
L-istħarriġ iqabbel il-prezz t’ affarijiet komuni, bħall-ħobż, imbagħad issir analiżi fuq jekk il-prezzijiet żdiedux jew naqsux billi jkunu mqabla mal-ispiża tal-għajxien fi New York.