La Scala, binja fejn isiru l-opri fl-Italja, se tirritorna lura tliet miljun ewro lill-Arabja Sawdija, wara li pjan ta’ finanzjament mal-istess pajjiż wassal għal ħafna kritika mill-pubbliku.
Il-ftehim kien se jippermetti lill-Ministru Sawdi tal-Kultura jkollu siġġu fuq il-bord.
Id-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija jinsabu taħt skrutinju wara l-qtil ta’ Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi ta’ Istanbul f’Ottubru.
Il-pjan ta’ sħubija kien ikkritikat minn gruppi favur id-drittijiet u politiċi.