L-ammont ta’ nies f’Mozambique kawża taċ-Ċiklun Idai jaf jammonta għal elf. Dan intqal mill-President Filipe Nyusi.
Fil-jum tat-Tnejn, huwa żar uħud miż-żoni li huma l-agħar milquta, fejn qal li ra iġsma f’wiċċ l-ilma tax-xmajjar.
Il-maltempata misset l-art viċin il-belt Beira fil-jum tal-Ħamis, b’irjiħat li leħqu l-mija sebgħa u sebgħin kilometru fis-siegħa.
Madanakollu, gruppi tas-salvataġġ waslu fil-belt il-Ħadd li għadda.