BIL-FILMAT: The Travellers u Red Electrick f’kunċert flimkien – One News

BIL-FILMAT: The Travellers u Red Electrick f’kunċert flimkien

The Travellers u Red Electrick.

L-ikbar żewġ gruppi mużikali li qatt ħarġu minn Malta. Ħafna jikkumparawhom u jqabblu s-suċċess tagħhom flimkien. Oħrajn saħansittra jgħidu li huma avversarji ta’ xulxin.

Madankollu fit-13 ta’ April, f’avveniment uniku iż-żewġ gruppi ser jingħaqdu sabiex itellgħu kunċert mużikali mill-isbaħ.

Kunċert mużikali li ser jaqta’ x-xewqa ta’ ħafna Maltin u Għawdxin hekk kif iż-żewġ gruppi ser ikunu qed ikantaw kanzunetti ta’ xulxin filwaqt li jadattawhom għall-istil rispettiv tagħhom.

Dan filwaqt li jaqsmu l-palk mużikali għal serata sħiħa.

F’intervista ma’ ONE ftit ġimgħat biss qabel jitla’ s-separju fuq dan il-kunċert uniku, iż-żewġ gruppi spjegaw kif din il-kollaborazzjoni hija waħda partikolari. Dan hekk kif Red Electrick jkantaw mużika bl-Ingliż filwaqt li The Travellers ikantaw biss bil-Malti.

“Xi ħaġa ġdida xi ħaġa li qatt ma raw in-nies Malta u ma nafx is-soltu n-nies jaħsbu li hemm xi kunflitt bejnietna għax ovjament aħna żewġ Maltin imma naħseb interessanti anki l-kunċett li band bil-Malti band bl-Ingli. Jien ħa nkanta bil-Malti hu bl-Ingliż.”

Minn naħa tiegħu, Chris Gatt membru mill-grupp The Travellers, iddeskriva dan il-kunċert bħala esperiment. Esperiment li l-għan aħħari tiegħu huwa li juri li l-kollaborazzjoni mużikali ġġib iktar għaqda.

“Nixtiequ nuru li l-kollaborazzjoni hija the way forward għax it takes music to the next nevel u hawnekk nixtiequ nwasslu messaġġ partikolari fuq dan l-ispunt żgħir jiġifieri kollaborazzjoni bejn bands u artisti ġġib l-għaqda.”

Intant Chris u Joe waqt li f’kumment ma’ One kienu qed jitkellmu fuq kif din il-kollaborazzjoni qed tiprovdi rendizzjonijiet interessanti fil-kanzunetti rispettivi tagħhom, taw ħjiel li fil-futur qrib jaf ikun hemm kollaborazzjoni mużikali f’xi kanzunetti

“Permezz ta’ dawn il-kollaborazzjoni qed naraw li songs qed jingħaqdu flimkien perezempju għandna xi songs ta’ Travellers u Red Electrick amalgamati ma’ xulxin huma nteressanti mmens jiġifieri tismagħhom forsi minjaf il-quddiem ikun hemm xi hit fuq ir-radios………..Ma tista’ tgħid xejn hux fil-verita dan huwa xi ħaġa li qed nieħdu gost nagħmluha u hemm lok għal espansjoni kbira.”

Mistoqsija dwar ix-xena mużikali f’Malta bħalissa, iż-żewġ mużiċisti spjegaw kif il-livell Malti fil-mużika bħalissa huwa straordinarju.

“Illum qed nesperejenzaw livell naħseb livell straordinarju wieħed mill-ogħla livelli li qed nesperjenzaw bħalissa u għalina huwa ta’ unur li qedgħin f’din ix-xena u qed nipromotejaw dawn it-tip ta’ affarijiet u nħeġġu għal iktar kollaborazzjonijiet mal-artisti.”

Il-Kunċert One ser ikun qed isir fit-13 ta’ April ġewwa l-Kumpless Aria u l-Biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit showshappening.com

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend