Il-Pulizija Awstraljana għamlet tfittxijiet estensivi f’żewġt idjar fl-Awstralja, dan bħala parti mill-investigazzjonijiet dwar l-attakki f’żewġ moskeji fi New Zealand.
F’dawn l-attakki inqatlu 50 persuna filwaqt li għexieren ta’ persuna oħra indarbu nhar il-Ġimgħa.
Awstraljan ta’ 28 sena identifikat bħala Brenton Tarrant qed jiġi akkużat b’dan l-omiċidju. Hu mifhum li hu pjana dawn l-attakki waħdu.
Il-Pulizija ta’ News South Wales qalet li l-għan ewlieni ta’ dawn it-tfittxijiet hu li televa kemm jista’ jkun materjal u provi fl-investigazzjonijeit tagħha