Tliet persuni nqatlu filwaqt li ħamsa min-nies oħra ndarbu f’attakk li seħħ fil-belt ta’ Utrecht fl-Olanda.
Il-Pulizija f’Utrecht qalet li l-attakk seħħ għall-ħabta tal-10:45 meta raġel fetaħ in-nar fuq in-nies fi tram fi Pjazza 24 Oktoberplain ftit il’bogħod miċ-ċentru tal-belt.
Minnufih il-Pulizija bdiet ħidma ntensiva biex tfittex l-aggressur, Gökmen Tanis ta’ 37 sena mit-Turkija li ħarab minn fuq il-post. Appartament ftit passi ‘l bogħod mill-post fejn seħħ l-attakk jinsab iċċirkondat mill-Pulizija.
Il-Pulizija wissiet lill-pubbliku sabiex jevitaw iż-żona fejn seħħ l-attakk kif ukoll biex ma javviċinawx lis-suspettat.
Dan l-attakk seħħ tliet ijiem wara l-massakru li seħħ f’Christchurch f’New Zealand fejn mal-50 persuna nqatlu minn aggressur f’żewġ moskeji.
A shooting occurred on the #24oktoberplein in #Utrecht. The incident has been reported at 10.45 hour. Multiple people have been injured. The surrounding area has been cordoned off and we are investigating the matter.
— Politie Utrecht (@PolitieUtrecht) March 18, 2019
The police is investigating the shooting at the #24oktoberplein in Utrecht this morning. An possible terrorist motif is part of the investigation.
— Politie Utrecht (@PolitieUtrecht) March 18, 2019