Wara seba’ snin, għada, l-istazzjon ta’ One fil-Marsa, ser jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu, sabiex it-telespettaturi u s-semmiegħa kollha ta’ dan l-istazzjon, ikunu jistgħu jiltaqgħu u jaraw mill-qrib ix-xogħol tal-ġurnalisti, ħaddiema u tekniċi kolllha ta’ dan l-istazzjon.
Il-ġurnata ser tibda bil-kxif ta’ monument ta’ arti viżiva mill-artist Ġorġ Muscat fil-bini tal-istazzjon One. Isegwi l-inawgurazzjoni mill-Prim Ministru Joseph Muscat tal-aħħar investiment importanti għal dan l-istazzjon, l-OB UNIT 4K.
Matul il-jum, il-pubbliku se jkun jista’ jikkontribwixxi għall-OB UNIT, sabiex permezz tal-għajnuna tiegħu, dan l-investiment ikun jista’ jxandar il-futur.
Fl-open day li ser issir bejn l-għaxra u nofs u s-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-pubbliku se jkun jista’ jixtri wkol dokumentarju li fakkar il-ħamsa u għoxrin sena ta’ ONE TV, kif ukoll bolol kommemorattivi li jfakkru dan l-ewwel kwart ta’ seklu ta’ dan l-istazzjon tant il-qalb il-pubbliku Malti u Għawdxi.