Ingħata l-ħelsien mill-arrest wara ġlieda fil-Furjana | One News

Notifiki

Ingħata l-ħelsien mill-arrest wara ġlieda fil-Furjana

Petar Mladenovic ingħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet wara li kien allegatament involut fi ġlieda ma xufier ta’ taxi u martu fil-Furjana fis-siegħat bikrin tal-Ħadd filgħodu.

Is-Serb ta’ 23 sena darab gravi lix-xufier bi ġrieħi f’imnieħru u xoftu.

Il-Maġistrat Ian Farrugia taħ il-ħelsien mill-arrest b’depositu ta’ 500 ewro u garanzija personali ta’ 500ewro. Dan filwaqt li ordnalu ukoll jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa u li ma jersaqx lejn il-vittmi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend