Isma’: Sett ta’ marċi funebri ġodda mill-Banda Peace tan-Naxxar – One News

Notifiki

Isma’: Sett ta’ marċi funebri ġodda mill-Banda Peace tan-Naxxar

Il-Banda Peace dalgħodu qiegħda tniedi CD ġdida ta’ Marċi Funebri bl-isem “Osculum Proditionis” li tfisser “Il-Bewsa tat-Tradiment”. F’ din ic-CD nisimaw sett ta’ Marċi Funebri mill-isbaħ miktubin minn kompożituri lokali fosthom insibu marċi miktubin riċenti u oħrajn li nkitbu bosta snin ilu u li l-maġġornaza tagħhom nkitbu minn Surmastrijiet li kienu parti mill-istorja kbira tal-Banda Peace tan-Naxxar.

F’dan ic-CD ser issibu marċi ġodda u antiki li jmorru lura l’ fuq minn mitt sena. Il-Kummissjoni Banda bħalissa għaddejja fi proċess sabiex teqleb il-marċi antiki tas-Soċjeta’ b’mod diġitali sabiex wara dawn is-snin kollha jkunu jistaw jerggħu jindaqqu mill-Banda u jitgawdew għal aktar snin. F’dan ic-CD ser tinnutaw li hemm ħames marċi li nqelbu diġitalment u saħansitra ġew rrekordjati u ser tkunu tistaw tisimgħuhom f’dan ic-CD il-ġdid.

CD ieħor simili kien sar madwar 6 snin ilu, fejn ic-CD kien magħmul minn marċi riċenti kif ukoll oħrajn antiki ħafna. Is-Soċjeta’ tħoss li huwa fid-dmir tagħha li tgħożż u tipproteġi r-repertwar mużikali tagħha u li tieħu ħsieb li dan ikun miżmum sikur għal ġejjieni.

It-tnedija tac-cd se ssir fl-10:00am f’OTTO Clubhouse (Il-bottegin tas-Soċjeta’).

Marċi Funebri mill-Banda Peace:

1. Alla Memoria di Anna Micallef (2018) – LINO PIROTTA -Surmast Direttur (1991 – preżent)
2. Crucis (2018) – JOSEPH CHIRCOP -Assistent Surmast
3. Alla Memoria del mio Nonno Leli Giordimaina (Ta’ Fantin)(2018) – EMMANUEL GIORDIMAINA
4. In Memory of Michael Agius (2018) – KYLE PIROTTA -Bandist
5. Passio Domini (2018) – RYAN CAUCHI -Bandist
6. A Mio Fratello Ruggiero – VINCENZO CARABOTT -Surmast Direttur (1878-1880)
7. Marcia Funebre No3 – GIUSEPPE MICALLEF -Surmast Direttur (1884-1890, 1894) – Arranġament: RYAN CAUCHI
8. La Desolata – VITTORIO XERRI -Surmast Direttur (1902-1904, 1914-1917) – Arranġament: KYLE PIROTTA
9. Abbi Pieta’ – FERDINAND CAMILLERI -Surmast Direttur (1917-1922)
10. Papa Pio XI – KAV. GIUSEPPE BUSUTTIL -Surmast Direttur (1930-1944)
11. Alla Memoria del Marchese Vincenzo Bugeja (2017) – RAY SCIBERRAS
12. Għalik John Debono (2015) – LINO PIROTTA -Surmast Direttur (1991 – preżent)

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend