Irrifjuta l-għajnuna u fittex lill-ħabs għax naqsuh | One News

Notifiki

Irrifjuta l-għajnuna u fittex lill-ħabs għax naqsuh

Permezz ta’ ittra legali, l-amministrazzjoni tal-ħabs immexxija mill-Kurunell Alexander Dalli wieġbet għall-allegazzjonijiet ta’ George Degiorgio, wieħed mit-tliet akkużati mixlija bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.

Ftit tal-jiem ilu Degiorgio allega li l-Ħabs kisirlu dritt fundamentali tiegħu wara li ma tħalliex jirċievi l-kura medika li kellu bżonn.

Madankollu, ittra mibgħuta lill-Qorti wieġbet għal dawn l-allegazzjonijiet li wriet li l-ħabs kien pprovda l-għajnuna medika kollha li kellu disponibbli għalih.

Dan il-każ beda f’Diċembru li għadda meta taħt sigurtá stretta, Degiorgio ttiehed l-Isptar St James f’Ħaż-Zabbar fejn ħadulu MRI ta’ spalltu minħabba li kien muġugħ.

Ħmistax wara, il-ħabs rranġa sabiex Degiorgio jibda jirċievi kura fil-ħabs stess minn konsulent tal-ortopedija mill-Isptar Mater Dei. Dakinhar, il-konsulent speċjalist fl-ispallejn, Mr Casaletto żar lil Degiorgio fil-ħabs, invistah, tah mediċina tal-uġigħ u kitiblu riċetta għall-medicina oħra li kellha tibda tittieħed b’mod regolari.

Il-konsulent ordna wkoll li Degiorgio jibda sessjonijiet tal-fiżjoterapija li komplew fil-ħabs.

Madankollu Degiorgio irrifjuta l-fiżjoterapija għaliex sostna li ried jieħu parir ieħor mingħand Dr Ray Gatt u l-fiżjoterapija jibdiha biss ġaladarba jkun ordnaha hu.

Fil-bidu ta’ Marzu, il-ħabs reġa’ informa lill-kap tad-dipartiment tal-ortopedija ta’ Mater Dei bix-xewqa ta’ Degiorgio. Madankollu s-Sur Esposito li jmexxi din it-taqsima wieġeb li ġaladarba l-espert tal-ispallejn kien ordna l-fiżjoterapija l-ebda konsulent ieħor ma kien se jibdel din id-deċiżjoni.

Is-Sur Esposito sostna li d-dipartiment tiegħu kien għamel iżjed minn dak kollu possibbli biex jaġevola u jakkomoda lil Degiorgio.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend