Il-PN ma onorax kuntratti li ffirma hu stess – One News

Notifiki

Il-PN ma onorax kuntratti li ffirma hu stess

Gvern Laburista qed jagħmel tajjeb għall-wegħdi li ma żammx magħhom Gvern Nazzjonalista.

Waqt attivita politika fis-Siġġiewi, is-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura Clint Camilleri fakkar li fil-passat, Gvern Nazzjonalista għaġġel fl-iskemi biex jingħataw fondi għat-tined tal-baqar, tant li ħalla rebus warajh.

Dan hekk kif Partit Nazzjonalista fil-Gvern iffirma numru ta’ kuntratti mar-raħħala tal-baqar sabiex jibgħathom jiddejnu biex jaghmlu l-investimenti fl-irziezet tagħhom.

“Il-kuntratti kienu ġew iffirmati. U dan ftit ġranet qabel l-elezzjoni tal-2008 …… ir-raħħala iddejnu l-eluf mal-banek…… fuq il-premessa li nofs l-ispejjeż ser jitħallsu mill-gvern tal-ġurnata.”

Minkejja s-snin li għaddew, il-Partit Nazzjonalista ma onorax il-kuntratti li ffirma hu stess.

Biex kellu jkun Gvern Laburista sabiex ir-raħħala kollha nvoluti f’din l-iskema jingħatalhom dak li kien ġie mwiegħed lilhom.

“Ħalla ‘l fuq minn 70 raħħal ghal rieħu! Konna aħna bħala Gvern li bdejna naħdmu biex insolvu din il problema lura fl-2013 u illum qiegħdin nagħtu l-kumplment tal-fondi lil dawn ir-raħħala.”

Is-Segretarju Parlamentari Camilleri spjega kif ir-raħħala ddejnu l-mijiet tal-eluf mal-banek u baqgħu b’xiber imnieħer, f’xifer ta’ falliment.

Fi kliem Camilleri, din is-sitwazzjoni turi kemm il-Partit Nazzjonalista mhux vera għandu għal qalbu s-settur tal-agrikoltura u ma jista qatt ikun kredibbli mal-bdiewa u r-raħħala Maltin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend