Azzopardi talab lil Balzan jikxef is-sors dwar Casa – L-IĠM tgħid li mhux aċċettabbli – One News

Notifiki

Azzopardi talab lil Balzan jikxef is-sors dwar Casa – L-IĠM tgħid li mhux aċċettabbli

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi talab fil-qorti lill-editur maniġerjali tal-Malta Today biex jikxef is-sors tiegħu b’rabta mal-istejjer li ppubblika dwar David Casa fosthom li fihom ġie allegat li għamel użu ħażin minn fondi Ewropej u li għamel użu eċċessiv mid-droga kokaina.

Azzopardi għamel din it-talba fil-bidu tas-seduta tal-Ġimgħa filgħodu li kompliet tisma’ l-kawża ta’ libell li l-ewroparlamentari Laburista Marlene Mizzi fetħet lil Casa b’rabta ma’ allegazzjonijiet foloz li għamel kontriha. Libell li Casa ma jridx li jkompli jinstema’ qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

Intervistat waqt il-programm Pjazza, is-Sur Balzan qal li waqt li Casa baqa’ ma fetaħlux libell dwar l-istejjer li ppubblika, żvela li l-ewwel ħaġa li staqsih Azzopardi fil-qorti kienet li jiżvela s-sors li tah l-informazzjoni dwar Casa.

“Dan tkaża li jien mort nixhed. Mhux biss tkaża umbad l-avukat tieghu Jason Azzopardi li jitkellem dwar id-drittijiet tal-gurnalisti u drittijiet tas-sorsi l-ewwel mistoqsija li jistaqsini biex jien nizvela is-sors.”

Mistoqsi minn ONE NEWS dwar l-aġir ta’ Azzopardi, il-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin Yannick Pace qal li huwa inaċċettabbli li ġurnalist jintalab jikxef is-sors u saħansitra żied li l-protezzjoni tas-sors huwa wkoll issalvagwardjat mil-liġi.

“Li ġurnalist jintlab jikxef is-sors tiegħu fi kwalunkwe ċirkostanzi għalina mhux aċċettabbli.  Anke l-liġi tikkontempla l-protezzjoni tas-sors.  Fl-ebda ċirkostanzi m’huwa aċċettabbli li xi ħadd jintalab jikxef is-sors tiegħu.”

Żied jgħid li kull min jippretendi li s-sors tal-informazzjoni jkun żvelat, għandu idea żbaljata ħafna; u li f’każijiet ta’ din ix-xorta l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ikun minn ta’ quddiem biex jikkundanna dan l-aġir:

“Jekk xi ħadd jippretendi li ġurnalist qatt jtieh is-sors tiegħu- huwa żbaljat li għandu dritt ikun jaf is-sors.”

Waqt li tenna li s-sors għandu dejjem ikun protett, huwa laqa’ l-intervent tal-qorti li waqqfet lil Azzopardi milli jkompli jinsisti ma’ Balzan biex jikxef is-sors tiegħu.

Huwa laqa’ wkoll id-deċiżjoni tal-qorti li waqqfet lil Azzopardi milli jkompli jistaqsi

“Kuntent li l-qorti għażlet li l-ġurnalist għandu d-dritt jipproteġi s-sors u waqqfet lil-ġurnalist milli jkollu jwieġeb. Having said that jidher li l-qorti intervjeniet u waqqfet lis-Sur Balzan milli jiżvela s-sors tiegħu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend