Malta terga’ tikklassifika fi klassi ‘A’ ta’ S&P bis-saħħa tal-bidliet fl-ekonomija li wettaq dan il-Gvern – One News

Notifiki

Malta terga’ tikklassifika fi klassi ‘A’ ta’ S&P bis-saħħa tal-bidliet fl-ekonomija li wettaq dan il-Gvern

Malta reġa’ inagħtat ċertifikat ieħor pożittiv mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu internazzjonali Standard and Poors. Fl-istħarriġ li għamlet dwar pajjiżna Standard and Poors reġgħet ikkonfermat ir-rating ta’ A-/A-2 għall-pajjiżna bi tbassir pożittiv għall-futur.

Fl-analiżi indipendenti tagħha Standard and Poors qalet li r-rating li tat lil Malta huwa bbażat fuq tkabbir b’saħħtu flimkien mas-surplus u titjib fid-djun tal-Gvern. Madankollu filwaqt li nnutat li l-ekonomija miexja fuq ritmu tajjeb, Brexit jista’ jħalli xi effetti fuq dan l-andament. L-analisti indipendenti qalu wkoll li qed ibassru li t-tkabbir ekonomiku se jlaħħaq madwar l-4% bejn din is-sena u l-elfejn u tnejn u għoxrin. Fost il-proġetti li kkontribwixxew għal dan it-tkabbir kien hemm l-investiment fis-settur tal-enerġija u fl-infrastruttura tal-pajjiż.

Standard and Poors innutat li l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna ħa spinta tajba ‘l quddiem tul dawn l-aħħar ħames snin bil-prodott domestiku gross ilaħħaq ir-rata ta’ 7.6%. Sostnew kif l-ekonomija kienet dominata minn żieda fit-turiżmu u ħolqien ta’ serizzi ġodda fil-loġistika u l-igaming. L-oqsma tal-arti u divertiment ukoll raw żieda notevoli tul dawn l-aħħar snin sabiex is-sena l-oħra dan is-settur ra żieda ta’ madwar 11%. Din l-aġenzija ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu bbażat ir-rapport tagħha wkoll fuq il-materja li d-dejn kompla jonqos filwaqt li l-Gvern imbarka fuq numru ta’ riformi li wasslu għal tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija u żieda fil-pareċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. L-analisti qalu wkoll li qed jistennew li wara dawn ir-riformi l-Gvern se jkun qed jaħdem sabiex jindirizza inugwaljanzi oħra u li jtejjeb s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi minħabba popolazzjoni li qed tixjeħ flimkien ma’ investiment ieħor fl-infrastruttura tal-pajjiż.

Innutaw ukoll kif ir-rata ta’ qagħad naqqset għal anqas rati f’20 sena u minkejja li tradizzjonalment ir-rata ta’ parteċipazzjoni fis-su tax-xogħol kienet baxxa, riformi,i saru tul dawn l-aħħar snin raw ukoll titjib f’dan l-aspett.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend