Inżamm arrestat Charles Borg ta’ 45 sena mis-Siġġiewi wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li kien fil-pussess aggravat tad-droga kannabis u raża tal-Kannabis li ma kienux ghall-użu personali tiegħu. L-imputat ġie arrestat nhar il-Ħamis li għadda. Filfatt fuq Borg u fir-residenza tiegħu b’kollox instabu 15kg ta’ droga kannabis, 80 gramma kokaina u 200g resina tal-kannabis.
Huwa akkużat ukoll li kkommetta dan ir-reat qrib post li jiffrekwentawh it-tfal u ż-żgħazagħ kif ukoll li kien riċediv.
http://www.one.com.mt/2019/03/15/belti-ta-45-sena-arrestat-wara-li-nqabad-baktar-minn-15-il-kilo-droga/