Derin Mangion ta’ 42 sena minn Biżebbugia ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li hedded lill-eks sieħba tiegħu Graziella Borg b’arma tan-nar. Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda fis-siegħa u kwart ta’ wara nofsinhar f’Birkirkara. Allegatament l-imputat lemaħ lill-eks sieħba tiegħu li minnha għandu tifla tagħlaq il-ħanut fejn beda jheddida u uriha arma tan-nar- b’din tal-aħħar baqgħat ma nstabitx. Huwa akkużat ukoll li kien fil-pussess ta’ sikkina- lhiema arma nstabet fil-karozza kif ukoll li uża mezzi ċellulari biex jheddidha. Sorsi qalu lil ONE NEWS li l-imputat qal li beda jheddidha għaliex allegatament bdiet titfalu l-velenu fl-ikel. Il-prosekuzzjon i tmexxiet mill-Ispettur Elton Taliana.