ARA: Il-post ta’ fejn qed tgħix il-puma li dehret timxi fuq il-bjut – One News

Notifiki

ARA: Il-post ta’ fejn qed tgħix il-puma li dehret timxi fuq il-bjut

Wara li l-Ħamis li għadda filmat mtella’ fuq Facebook qajjem diversi mistoqsijiet dwar kif jista’ jkun hemm Puma, li hija annimal eżotiku tgħix ġo bitħa qalb nurmu ta’ residenzi privati. Dakinhar stess il-Minsteru għall-Ambjent kien spjega li d’dan il-każ ma kien hemm xejn irregolari hekk kif is-sid ta’ dan l-annimal kellu l-permessi kollha neċessarji. Qal ukoll li minn spezzjonijiet li jsiru minn żmien għal żmien qatt ma deher li kien hemm xi nuqqas jew abbuż fiż-żamma tal-annimal.

Dakinhar ukoll rapporti fil-media lokali kkwotaw lill-ġirien ta’ sid din il-puma jgħidu li qatt ma raw xi ħapa ħażina fiż-żamma tagħha u li dan l-annimal qatt ma ħareġ miż-żona allokata għalih.

Intant’ b’reazzjoni għal dan kollu sid il-puma, Etienne Gracey tella’ filmat fuq is-sit soċjali Facebook fejn were lilu jilgħab ma dan l-annimal li deher leali u fidil ħafna lejn sidu. Dan l-annimal saħansitra għandu żona kbira riżervata għalih fuq wara tar-residenza tas-sid. Din iż-żona jidher li saħansitra fiha post fejn il-puma tkun tista timraħ, tilgħab u tistkenn mill-elementi bl-aktar mod sigur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend