Mark Anthony Saunders, Brittanniku ta’ 55 sena inżamm arrestat wara li ma tax il-kunsens tiegħu sabiex jiġi estradit lejn Birmingham b’rabta ma’ akkużi ta’ frodi. Saunders li jgħix f’Għajnsielem Għawdex qed jaffaċja akkużi ta’ frodi b’rabta ma’ mara anzjana ta’ 81 sena bl-isem ta’ Marjorie Shaw.
L-imputat li kien jaħdem ta’ carer u issa rtirat,oriġinarjament kien jieħu ħsieb lir-raġel tal-anzjana sama dan miet. Wara din it-telfa, Saunders beda joffri sservizzi tiegħu Marjorie sa ma eventwalment nibtet relazzjoni miegħu u ilha tirresjedi miegħu f’Għawdex għal ddawn l-aħħar tlett snin. Sorsi qalu lil ONE NEWS li Saunders kien qed jirċievi pagament ta’ tlett elef lira sterlina kull xahar talli kien qed joffri servizzi ta’ ħarsien lil din l-anzjana. L-imputat wieġeb mhux ħati- bl-avukat difernsur Dr Emanuel Mallia semma kif din l-istorja hija waħda ta’ natura ċivili u li din hija mibnija fuq malizzja u mmotivata minn uliedha li ma jriduhiex tibqa’ mal-imputat.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Galea u Robinson Mifsud.