Oħt il-kantant ta' One Direction tmut b'attakk tal-qalb | One News

Notifiki

Oħt il-kantant ta’ One Direction tmut b’attakk tal-qalb

Oħt il-kantant ‘Louis Tomlinson’ ta’ ‘One Direction’, Felicite Tomlinson mietet b’attakk tal-qalb fl-età ta’ 18-il sena.

Louis, wieħed mill-kantanti tal-grupp ta’ fama mondjali ‘One Direction’ ġie mgħarraf bl-aħbar  l-Erbgħa li għadda u ħassar il-wirja tiegħu f’Comic Relief’.

Il-Pulizija ta’ Scotland Yard ġew mgħarrfa fl-12.52 tal-Erbgħa li għadda li kien hemm mara fir-residenza tagħha  li waqfitilha qalbha.

Felicite, ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

S’ issa għadu ma ġiex iddeterminat x’kienet il-kawża tal-attakk tal-qalb.

Felicite u Louis tilfu lil ommhom, bil-lukimja fl-2016.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend